Celebrating Antoine Camilleri: An exhibition commemorating the 10th anniversary from the demise of Maltese artist Antoine Camilleri

Poster A3 (3)-page-001

On October 9, 2015 a retrospective exhibition in honour to the Maltese artist Antoine Camilleri (1922-2005), curated by Prof Joseph Paul Cassar and produced by the Camilleri family, opened to the public. The event is hosted at Spazju Kreattiv, St James Cavalier Centre for Creativity, Valletta.

Celebrating Antoine Camilleri (1)The exposition puts on show a number of 150 works of art by the artist including paintings, drawings and lino prints. The display will also provide a detailed socio, political and religious context to the art works, present through a series of personal notes, letters, studio tools and furniture, lino blocks and sketches.

Throughout the duration of the exhibition a series of side events will take place at Spazju Kreattiv. A series of lectures will be held aimed to introduce and consolidate Antoine Camilleri as an artist and an avant-gardist in Modern art in Malta. Also a series of workshops aimed to the general public will be held; intended to provide an in-depth analysis of Camilleri’s employed artistic techniques and different forms of expression.

Celebrating Antoine Camilleri (3)Antoine Camilleri (1922-2005) pertains to the first generation of Maltese ‘modern’ artists. He attended the Malta Government School of Art in 1936 and his first tutor was Dwardu Zammit and later under the tutorship of Chev Vincent Apap and Chev Edward Caruana Dingli. In 1949 Antoine Camilleri parted Malta to study art at the Académie des Beaux-Arts in Paris and in 1960 he obtained a Commonwealth scholarship which allowed him to further his studies for a year at the Bath Academy in England.

In 1956, Camilleri filled the post as an Art Educator, teaching art at a full-time level, at the Lyceum in Valletta and later in Hamrun. Antoine Camilleri was active in Malta’s first modern art group known as the Modern Art Circle (1952). Furthermore, in the following years, the artist was one of the founding associates of the Atelier ’56.

Antoine Camilleri was very prolific throughout his artistic career with a series of personal and collective exhibitions testifying to his artistic progress, both in Malta and abroad. Throughout the years, the artist experimented with a variety of media and he will be mostly remembered for his unique style known as ‘pictures in clay’, involving the working and manipulation of clay and its dry textures.

Celebrating Antoine Camilleri (2)Camilleri’s introspective nature is widely explored in a series of self-portraits which he produced throughout his career.  Antoine Camilleri has grown into becoming a point of referral in Modern Art in Malta and an inspiration to the new up and coming generation of artists.

This exhibition is hosted by the Camilleri family and the project is co-financed by the Malta Arts Fund. The exhibition will be open to the public at Spazju Kreattiv from October 9, 2015 to November 23, 2015.

Niċċelebraw lil Antoine Camilleri: Għaxar snin mill-mewt tal-artist Malti Antoine Camilleri

Fil-ġranet li ġejjin se tiġi mtellgħa wirja retrospettiva f’ġieħ l-artist Malti Antoine Camilleri (1922-2005) f’għeluq l-għaxar snin mill-mewt tiegħu. Din il-wirja hija kkurata minn Prof. Joseph Paul Cassar, bil-għajnuna tal-familja Camilleri u se tiġi esebita fi Spazju Kreattiv, fiċ-Ċentru  ta’ San Ġakbu għall-Kreattività, fil-Belt Valletta.

Matul din il-wirja se jiġu esebiti ’l fuq minn 150 biċċa xogħol tal-arti li se jipprovdu kuntest dettaljat kemm soċjali, politiku u reliġjuż, kif ukoll serje ta’ noti personali, ittri, għodod, għamara, lino prints u abbozzi li kien juża l-artist.

Barra minn hekk, matul il-wirja se jiġu offruti serje ta’ laqgħat informattivi. Dawn il-laqgħat se jittrattaw il-ħajja ta’ Antoine Camilleri bħala artist kif ukoll bħala wieħed mill-pijunieri fl-istorja tal-arti moderna f’pajjiżna. Ser ikunu offruti ukoll workshops immirati għall-pubbliku ġenerali li se joffru analiżi profonda tat-teknika artistika u forom ta’ espressjoni li kien juża l-artist.

Antoine Camilleri naqqax ismu fil-lista ta’ artisti Maltin li mbuttaw l-espressjoni tal-arti moderna f’pajjiżna. Huwa beda jattendi l-Malta Government School of Arts fl-1936 u l-ewwel għalliem tiegħu kien Dwardu Zammit u iktar tard kien taħt it-tutela tal-Kav. Vincent Apap u l-Kav. Edward Caruana Dingli. Fl-1949, Antoine Camilleri mar jistudja l-arti f’Pariġi, eżattament fl-Académie des Beaux-Arts, u fl-1960 huwa kiseb borża ta’ studju fi ħdan il-Commonwealth li ppermettielu jkompli l-istudji tiegħu għal sena oħra f’Bath Academy fl-Ingilterra.

 

Fl-1956, Camilleri beda jaħdem bħala edukatur tal-Arti, ġewwa l-Liċeo fil-Belt Valletta u iktar tard fil-Liċeo tal-Ħamrun. Antoine Camilleri kien attiv fl-ewwel grupp ta’ artisti Maltin  li ppromwovew l-arti moderna magħruf bħala l-Modern Art Circle (1952). Barra minn hekk, matul is-snin, Camilleri  kien ukoll wieħed mill-fundaturi tal-grupp Atelier ’56.

Antoine Camilleri kien prolifiku ħafna matul il-karriera artistika tiegħu fejn esebixxa x-xogħol tieghu f’serje ta’ wirjiet personali u kollettivi, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, li esponew il-progress artistiku tiegħu. Matul is-snin, l-artist esperimenta b’diversi materjali artistiċi, fejn l-aktar li jibqa’ mfakkar huwa għall-istil uniku tiegħu fit-tafal, serje magħrufa aħjar bħala “stampi fit-tafal”.

Antoine Camilleri huwa magħruf għall-ispiritwalità artistika tiegħu li tiġi esplorata b’mod wiesa’ f’serje ta’ awtoritratti li pproduċa matul il-karriera tiegħu. Illum il-ġurnata Antoine Camilleri huwa meqjus bħala artist importanti fil-progress tal-Arti Moderna f’Malta u kien ta’ ispirazzjoni għal bosta ġenerazzjonijiet ta’ artisti kemm fil-passat, kif ukoll fil-preżent.

Din il-wirja qiegħda ssir bis-saħħa tal-familja Camilleri. Il-proġett huwa kofinanzjat mill-Malta Arts Fund. Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku ġewwa Spazju Kreattiv mid-9 ta’ Ottubru 2015 sat-23 ta’ Novembru 2015.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s